L-aktar punti mportanti:

1. L-istorja ta' meta San Pawl ġie Malta nsibuha fl-Atti ta' l-Appostli.
2.Din l-istorja kitibha San Luqa.
3.San Pawl kien sejjer mill-Palestina għal-Ruma fuq ġifen meta qabdithom tempesta kbira li damet 14-il ġurnata.
4.Dehrlu anġlu li qallu li ħadd ma kien se jmut u hekk kien.
5.Ħabtu ma' gżira li kien jisimha Malta u n-nies tal-post qabbdulhom ħuġġieġa biex jisħnu, imma min-nar telgħet lifgħa li gidmet lil San Pawl.
6. San Pawl ma ġralu xejn u n-niex ħasbuh xi alla.
7. Hu qalilhom li ma kienx alla u beda jgħallimhom fuq Ġesu'. Għalhekk aħna nsejħulu missierna, għax kien hu l-ewwel li ġabarna fil-knisja ta' Ġesu' u għamilna wlied Alla.
8.San Pawl fejjaq ħafna nies fosthom lil missier Publiju li kien il-kap ta' Malta dak iż-żmien.
9.Qabel telaq San Pawl għamel lil Publija l-ewwel isqof ta' Malta.
Picture
GROTTA TA' SAN PAWL
 


Comments


Your comment will be posted after it is approved.


Leave a Reply