1. Fid-dinja hawn ħafna nies li m'għandhom x'jieklu jew x'jilbsu. Ġesu' jrid li aħna ngħinu lil dawn in-nies.

2. Ġesu' kien iħobb lil kulħadd imma kellu għal qalbu ħafna dawk in-nies li kienu fil-bżonn. Hu jrid li aħna wkoll inħobbu u ngħinu lil kulħadd.

3. Biex jgħinu lil foqra, l-insara tal-biedu kienu jaqsmu dak kollu li jkollhom ma' min kien ikun fil-bżonn.

4. Biex tkompli tieħu ħsieb lil min hu fil-bżonn, il-knisja bniet djar tax-xjuħ, għall-morda, għta-tfal li m'għandhomx min jieħu ħsiebhom u ħafna aktar.

5. F'Malta wkoll kien hawn nies li ħadmu biex jgħinu lil dawk li kienu fil-bżonn. Fosthom insibu:

Picture
MONS. ĠUŻEPPI DEPIRO
Beda s-soċjeta' missjunarja ta' San Pawl biex ixerred it-tagħlim ta' Ġesu' barra minn Malta.

Picture
FRA DIEGU
Bena dar għat-tfal li ma kellhomx mama' u papa.

Picture
MONS. MIKIEL AZZOPARDI
Ħadem ħafna għal persuni b'diżabbilta' u bena d-Dar tal-Providenza.

Picture
SAN ĠORĠ PRECA
Beda s-soċjeta' tal-MUSEUM fejn ħafna tfal jitgħallmu dwar Ġesu'.

 


Comments




Leave a Reply