1. Kulħadd għandu l-familja tiegħu u kull familja hija differenti.

2. Fil-familja tagħna aħna ngħinu u nieħdu ħsieb lil xulxin.

3. Ġesu' ukoll kellu l-familja tiegħu. Marija kienet omm Ġesu' u San Ġużepp kien missieru u kien mastrudaxxa.

4. Meta kiber Ġesu' kien dejjem jipprova jferraħ lill-familja. Per eżempju:

a) Fit-tieġ ta' Kana meta Ġesu' bidel l-ilma f'inbid biex iferraħ lill-għarajjes u l-familja tagħhom.
b) Lill-familja ta' Ġajru meta Ġesu' qajjem lit-tifla tagħhom mill-mewt.
c) Il-familja ta' Lazzru, meta Ġesu' qajjem lil Lazzru mill-mewt.

5. Ġesu' jrid li aħna nħobbu lill-familja tagħna, u nġibu ruħna sew fid-dar billi:

- nobdu u nħobbu lil min jieħu ħsiebna
- ma nirrispondux
- nobdu u ngħinu
- ma niġġieldux
Picture
 


Comments




Leave a Reply