1. Il-knisja hi d-dar tal-familja ta' Alla u d-dar tagħna bħala l-familja tiegħu.

2. Fil-knisja għandna nġibu ruħna sew:

- ma nitkellmux ma' min ikun bilqiegħda ħdejna
- nisimgħu l-kelma ta' Alla
- inkantaw u nitolbu mal-qassis

3. Bħalma fid-dar għandna ħafna għamara, fil-knisja nsibu ħafna affarijiet bħal:
Picture
ARTAL
Din hija l-aktar ħaġa mportanti li nsibu fil-knisja. Madwar l-altar nieħdu sehem fil-quddiesa bħala l-familja ta' Alla.

Picture
KONFESSJONARJU
Dan huwa fejn aħna mmorru nqerru dnubietna biex nerġgħu nagħmlu paċi ma' Ġesu'.

Picture
FONTI TAL-MAGĦMUDIJA
Il-fonti hu dak li jfakkarna fil-ġurnata meta aħna dħalna fil-knisja ta' Ġesu' permezz tal-magħmudija.

Picture
L-OSTJA U L-KALĊI
Waqt il-quddiesa, l-Ostja ssir il-ġisem ta' Ġesu' filwaqt li l-inbid li jkun hemm fil-kalċi jsir id-demm ta' Ġesu'.

Picture
AMBONE
Fil-knisja l-qassis jaqra l-Kelma ta' Alla minn fuq l-ambone.

Picture
TABERNAKLU
L-Ewkaristija nsibuha fit-tabernaklu.

Picture
VIA SAGRA
14-il kwadru li jfakkruna fil-passjoni u l-mewt ta' Ġesu'.

Picture
STATWI
Fil-knejjes insibu l-istatwi tal-qaddisin li jgħinuna biex meta nħarsu lejhom niftakru kif għandha tkun il-ħajja tagħna biex ngħixu ħajja tajba.

 
 
1. Fid-dinja hawn ħafna nies li m'għandhom x'jieklu jew x'jilbsu. Ġesu' jrid li aħna ngħinu lil dawn in-nies.

2. Ġesu' kien iħobb lil kulħadd imma kellu għal qalbu ħafna dawk in-nies li kienu fil-bżonn. Hu jrid li aħna wkoll inħobbu u ngħinu lil kulħadd.

3. Biex jgħinu lil foqra, l-insara tal-biedu kienu jaqsmu dak kollu li jkollhom ma' min kien ikun fil-bżonn.

4. Biex tkompli tieħu ħsieb lil min hu fil-bżonn, il-knisja bniet djar tax-xjuħ, għall-morda, għta-tfal li m'għandhomx min jieħu ħsiebhom u ħafna aktar.

5. F'Malta wkoll kien hawn nies li ħadmu biex jgħinu lil dawk li kienu fil-bżonn. Fosthom insibu:

Picture
MONS. ĠUŻEPPI DEPIRO
Beda s-soċjeta' missjunarja ta' San Pawl biex ixerred it-tagħlim ta' Ġesu' barra minn Malta.

Picture
FRA DIEGU
Bena dar għat-tfal li ma kellhomx mama' u papa.

Picture
MONS. MIKIEL AZZOPARDI
Ħadem ħafna għal persuni b'diżabbilta' u bena d-Dar tal-Providenza.

Picture
SAN ĠORĠ PRECA
Beda s-soċjeta' tal-MUSEUM fejn ħafna tfal jitgħallmu dwar Ġesu'.