IT-TEMP 11/07/2009
 
Kif inhu t-temp illum? Kif nistgħu nkunu nafu t-temp ta' għada? Minn fejn joħroġ ir-rapport tat-temp? Tkellimna ħafna fuq it-temp fil-klassi u hawn huma xi ftit mill-punti li tgħallimna fuqhom:


Picture
PINNUR
Il-Pinnur nużawh biex inkunu nafu d-direzzjoni tar-riħ. Tiftakruha l-warda ta' l-irjieħ li tkellimna fuqha? Hemm 8 irjiħat differenti li semmejna, u dawn huma: Tramuntana, Grigal, Lvant, Xlokk, Nofsinhar, Lbiċ, Punent u Majjistral.

Picture
RAIN GAUGE
Ir-rain gauge jew pluvjometru jintuża biex inkejjlu kemm tkun għamlet xita. Dan l-istrument jitpoġġa fil-miftuħ l-bogħod mill-bini u s-siġar biex ix-xita tkun tista' tinżel fih bla problemi.

Picture
ANEMOMETRU
L-anemometru huwa l-istrument li nużaw biex inkejjlu l-qawwa (saħħa) tar-riħ. Tiftakru li semmejna li r-riħ għandu qawwa differenti? Semmejna per eżempju: żiffa, riefnu, tromba u uragan.

Picture
TERMOMETRU
It-termometru nużawh biex inkunu nistgħu inkejjlu t-temperatura, jiġifieri kemm hi sħana jew kesħa. 0 °C ifisser kesħa kbira filwaqt li 100 °C tfisser ħana kbira. Minn 0 °C sa 16 °C hija meqjusa bħala temperatura kiesħa bħal dik fix-xitwa, filwaqt li minn 16 °C 'l fuq hija meqjusa bħala temperatura sħuna bħal dik li nsibu per eżempju fis-sajf.

Picture
BAROMETRU
Il-barometru jintuża biex titkejjel il-pressjoni ta' l-arja. Meta jkollna pressjoni għolja jfisser li ġej temp tajjeb filwaqt li pressjoni baxxa ġġib magħha temp ikrah.