IS-SILLABI

Kull kelma hi magħmula minn konsonanti u vokali. Biex inkunu nafu kif tinkiteb jew tinqara kelma, aħna naqsmu l-kliem f'sillabi. Kull sillaba jrid ikollha vokali waħda biss.

Eżempji:      qanpiena      =      qan - pie - na
                      ballun       =      bal - lun

Meta kelma jkollha biss vokali waħda, allura ma tinqasamx ghax kull ma jkollha hi sillaba waħda.

Eżempji:         bieb          =      bieb 
                     mar           =      mar