1. Wara li Ġesu' tela' s-sema, l-Appostli xterrdu mad-dinja kollha jwasslu t-tagħlim ta' Ġesu' li lkulħadd.

2. L-aktar appostlu li ħadem biex ixerred it-tagħlim ta' Ġesu' kien San Pawl. Hu kien imur minn post għal ieħor biex jgħallem fuq Ġesu'.

3. Illum, dawk li bħal San Pawl jitilqu minn pajjiżhom biex jgħallmu fuq Ġesu' nsejħulhom missjunarji.

4. Fost il-missjunarji hemm ħafna Maltin. Lill-missjunarji aħna ngħinuhom billi nagħtuhom xi flus jew ħwejjeġ, u billi nitolbu għalihom.
Picture
 
 
1. Wara Għid il-~Ħamsin, l-appostli baqgħu jgħallmu t-tagħlim ta' Ġesu'.

2. Il-Kapijiet tal-Lhud ma riedux lil appostli jgħallmu fuq Ġesu', imma l-appostli qaluluhom: "Aħna l-ewwel nobdu 'l Alla, mbagħad lil bnedmin".

3. San Stiefnu kien l-ewwel martri tal-knisja. Hu miet għal Ġesu'. Il-Kapijiet tal-Lhud qatluh billi tefgħulu l-ġebel.
 
Picture
 
 
1. Darba waħda d-dixxipli ta' Ġesu' flimkien ma' Marija kienu magħluqin jitolbu.
2. Huma kienu mbeżżgħin għax Ġesu' ma kienx għadu magħhom.
3. Dakinhar, Ġesu' bagħat l-Ispirtu s-Santu fuqhom u twieldet il-Knisja.
4. F'ħin minnhom dehru ilsna tan-nar u fuqhom niżel l-Ispirtu s-Santu.
5. Id-dixxipli ma baqgħux jibżgħu, u ħarġu barra fit-toroq jippridkaw u jgħallmu fuq Ġesu'.
6. Il-festa ta' meta l-Ispirtu s-Santu niżel fuq id-dixxipli ta' Ġesu' u meta twieldet il-Knisja, insejħulha Għid il-Ħamsin jew Pentekoste.
Picture
 
 
1. Il-Papa li għandna bħalissa twieled il-Ġermanja.
2. Dan hu l-Papa Benedittu XVI (sittax).
3. Il-Papa jgħix ġo Ruma (Italja), fil-Vatikan.
4. Il-Papa flimkien mal-isqfijiet imexxi l-knisja.
Picture