1. Ġesu' hu r-Ragħaj it-tajjeb tagħna li jieħu ħsiebna.

2. Ġesu' għażel 12-il appostlu biex imexxu l-knisja tiegħu wara li Hu tela' s-sema. Dawn l-appostli kienu:

- Pietru
- Indri
- Ġakbu
- Ġwanni
- Filippu
- Bartilmew
- Mattew
- Tumas
- Ġakbu ta' Alfew
- Xmun l-Imħeġġeġ
- Ġuda ta' Ġakbu
- Ġuda l-Iskarjota

3. Dawk li llum qiegħdin ikompli x-xogħol ta' l-appostli huma l-isqfijiet flimkien mal-Papa.

4. L-arċisqof ta' Malta hu Mons. Pawlu Cremona, filwaqt li dak ta' Għawdex hu Mons. Mario Grech.

5. L-imġieba tagħna lejn l-isqof tagħna għandha tkun li nħobbuh u nobduh bħala dak li qiegħed imexxina f'isem Ġesu'.


Picture
Mons.Pawlu Cremona
Isqof ta' Malta

Picture
Mons. Mario Grech
Arċisqof ta' Għawdex

 
 
L-iktar punti mportanti huma:

1. Ġesu' ġie fid-dinja biex isalvana u biex jagħmilna lkoll bħala familja waħda kbira. F'din il-familja kbira, Alla hu Missierna li jħobbna u jieħdu ħsiebna.

2. Il-knisja tagħna għamilha Ġesu'. Aħna dħalna fil-knisja ta' Ġesu' meta ħadna l-magħmudija.

3. Ġesu' għallimna biex lil Alla nħobbuh b'qalbna kollha u b'saħħitna kollha, u biex meta nitkellmu miegħu insejħulu missierna li inti fis-smewwiet.

4. Alla hu missierna u aħna l-familja tiegħu. Ġesu' qalilna li aħna lkoll aħwa.

5. Aħna ngħixu tassew bħala aħwa ta' xulxin meta ngħinu lil xulxin, naħfru lil xulxin u naħsbu f'xulxin.
 
 
L-aktar punti mportanti:

1. L-istorja ta' meta San Pawl ġie Malta nsibuha fl-Atti ta' l-Appostli.
2.Din l-istorja kitibha San Luqa.
3.San Pawl kien sejjer mill-Palestina għal-Ruma fuq ġifen meta qabdithom tempesta kbira li damet 14-il ġurnata.
4.Dehrlu anġlu li qallu li ħadd ma kien se jmut u hekk kien.
5.Ħabtu ma' gżira li kien jisimha Malta u n-nies tal-post qabbdulhom ħuġġieġa biex jisħnu, imma min-nar telgħet lifgħa li gidmet lil San Pawl.
6. San Pawl ma ġralu xejn u n-niex ħasbuh xi alla.
7. Hu qalilhom li ma kienx alla u beda jgħallimhom fuq Ġesu'. Għalhekk aħna nsejħulu missierna, għax kien hu l-ewwel li ġabarna fil-knisja ta' Ġesu' u għamilna wlied Alla.
8.San Pawl fejjaq ħafna nies fosthom lil missier Publiju li kien il-kap ta' Malta dak iż-żmien.
9.Qabel telaq San Pawl għamel lil Publija l-ewwel isqof ta' Malta.
Picture
GROTTA TA' SAN PAWL
 
 
L-aktar punti mportanti:

1.F'kull parroċċa hemm knisja kbira u sabiħa.
2.F'Malta hawn 63 parroċċa u Għawdex 15.
3.Knejjes żgħar jissejħu kappelli.
4.L-ewwel parroċċa f'Malta kienet fl-inħawi ta' l-Imdina u r-Rabat.
5.It-tieni parroċċa kienet fl-inħawi tal-Birgu.
6.Il-Katakombi huma bħal kmamar imħaffrin taħt l-art fejn l-insara Maltin kienu jidfnu l-mejtin tagħhom u jiltaqgħu biex jitolbu.
7.Fil-Katakombi kienu jagħmlu tpenġijiet li jfakkruhom f'Ġesu' bħal: ħamiema, pellikan, kuruna tal-fjuri, dgħajsa fil-baħar.
8. Il-knisja ta' Ġesu' ilha Malta għal ħafna u ħafna snin.