Il-Konti Ruġġieru kien Normann u wasal Malta fl-1090. Huwa telaq minn Sqallija biex jipprova jirbaħ lil Malta.

Għaliex in-Normanni ġew biex jieħdu l-Gżejjer Maltin taħt idejhom? 

Fi Sqallija l-Konti Ruġġieru u n-Normanni kienu qegħdin fl-aħħar ta’ gwerra mal-Għarab. Sqallija kienet kważi mirbuħa kollha min-Normanni.

Billi Malta tinsab f'nofs il-baħar Mediterran, hija importanti bħala ċentru għax minnha jistgħu jintlaħqu ħafna postijiet oħra kemm fl-Afrika ta’ Fuq kif ukoll fl-Ewropa t’Isfel.

F’dak iż-żmien il-Gżejjer Maltin kienu maħkuma mill-Għarab ukoll, allura l-Konti Ruġġieru, biex ma jħallix periklu għas-Saltna Normanna, ġie jattakka lil Malta biex jieħu lil Malta minn taħt idejn l-Għarab.

Il-Konti Ruġġieru kif rebilhom lill-Għarab li kien hawn fil-Gżejjer Maltin?

Għall-ewwel l-Għarab kienu se jiġġieldu, imma n-Normanni kienu ġellieda tajbin. In-Normanni rebħu. Il-Konti Ruġġieru ttrikkja lill-Għarab u dawn, meta raw il-qawwa tan-Normanni malajr żedew.

Sar ftehim bejn il-Konti Ruġġieru u l-Ħakem Għarbi li kien jissejjaħil-Qadi. Permezz ta’ dan il-ftehim il-ġlied waqaf. Il-ftehim sar taħt tinda.

L-Għarab ċedew il-gżira lin-Normanni. Minħabba li l-Konti sar il-ħakkiem il-ġdid ta' Malta, u l-Għarab ftehmu mal-Konti Ruġġieru biex kull sena jħallsu l-ħaraġ. Il-ħaraġ kien jitħallas bil-fidda.

Wara dan il-ftehim in-Normanni rebħu lil Malta u daħlu l-Imdina bla telf ta’ żmien. Aktar tard in-Normanni ħadu wkoll taħt idejhom il-gżira t’Għawdex minn fejn ħadu ħafna affarijiet li kienu jgħoddu għalihom.
Picture