L-ARTIKLU

L-artiklu jitpoġġa quddiem in-nomi, imma ma npoġġuhx quddiem l-ismijiet. Hemm tipi differenti ta' artiklu, dawn huma xi eżempji: 

1. L-arloġġ
2. Il-ballun
3. Ix-xemx

Meta jkun hemm nom li nħossulu l-"i" tal-leħen, allura nużaw l-artiklu "l-i", bħal per eżempju:

1. Skola         =      L-iskola
2. Xkaffa        =      L-ixkaffa

Ftakru li jekk hemm kelma quddiem in-nom illi tispiċċa b'vokali, allura rridu noqogħdu attenti kif niktbu l-artiklu. Tinsewx - 2 vokali ħdejn xulxin jiġġieldu! Xi eżempji huma: 

Aħna ma ngħidux:  Ċensu iż-żatat għax 2 vokali ħdejn xulxin ma joqogħdux ... allura aħna niktbu: Ċensu ż-żatat. 

Kif indnajtu, l-artiklu waqagħtlu l-ittra "i" għax ma setgħetx tibqa' ħdejn il-vokali "u" fil-kelma Ċensu.