IL-VERBI

Il-verbi huma kliem li jiddeskrivu għemil jew azzjoni - xi ħaġa li nagħmlu. Kull azzjoni li aħna nagħmlu hija verb. Ejja naraw xi eżempji:

1. Jien inħobb insuq ir-rota.
2. Pawlu ħareġ barra u ra lil ħuħ Leli.
3. Intom qed tiżfnu tajjeb ħafna. 

Il-verbi jistgħu ikunu fil-passat (il-bieraħ), fil-preżent (issa), jew fil-futur (għada). Araw ftit kif:

          PASSAT          PREŻENT           FUTUR
             libes              jilbes               se jilbes
             kanta             jkanta              se jkanta